boy with planet

ħowmpejġ l-istorja ta’ l-enerġija il-bidla fil-klima vidjows statistika links naħdmu bl-enerġija! Flash books

Il-karbon u t-tibdil fil-klima

Id-dijossidu tal-karbon huwa gass li nsibuh fl-atmosfera. Huma u jikbru, il-pjanti jassorbu dal-gass, li jagħqad ma’ l-ilma biex joħloq forom sempliċi ta’ zokkor. Dawn imbagħad jinbidlu f’komposti aktar kumplessi li jiffurmaw l-istruttura tal-pjanta. L-enerġija għal dan il-proċess (il-fotosinteżi) tiġi mix-xemx.

 

plants and carbon cycle

 

Meta pjanta tmut, tinħaraq, jew tittiekel mill-annimali, id-dijossidu tal-karbon jintrema lura fl-atmosfera. Iċ-ċiklu tal-karbon jgħin fil-ħolqien ta’ ambjent stabbli għall-ħlejjaq kollha, inkluż aħna!

 

Il-foresti preistoriċi assorbew miljuni ta’ tunnellati ta’ dijossidu tal-karbon mill-atmosfera. Mat-tibdil tal-pjaneta, il-foresti ntradmu taħt l-art, bil-karbon maqbud fis-siġar.

 

dinosaur

 

Tul mijuni ta’ snin, is-sħana u l-pressjoni biddlu s-siġar f’żejt, faħam u gass. Fl-aħħar mijiet ta’ snin, użajna għall-enerġija u t-trasport nofs ir-riservi tal-pjaneta tal-fjuwils fossili - u b’hekk irmejna b’rata mgħaġġla miljuni ta’ tunnellati ta’ dijossidu tal-karbon lura fl-atmosfera.

 

power station

 

M’hemmx biżżejjed pjanti fuq il-pjaneta biex jassorbu l-gass kollu tad-dijossidu tal-karbon, u għalhekk jispiċċa jaħrab lejn l-atmosfera. Id-dijossidu tal-karbon iħalli d-dawl tax-xemx jgħaddi, iżda jirrifletti s-sħana lura lejn wiċċ id-dinja. Dan qed iwassal għal żieda bil-mod il-mod fit-temperatura tal-pjaneta.

 

It-tisħin globali jista’ jirriżulta fit-tlugħ tal-livelli ta' l-ibħra, l-erożjoni tax-xtut, u l-għargħar. Jista’ joħloq in-nixfa, li twassal għall-problemi fil-provvista ta’ l-ilma u għall-mewt ta’ l-uċuħ tar-raba’. Jista’ wkoll iwassal għal temp estrem, bħat-tempesti u l-uragani, li jagħmlu ħsarat kbar lill-bini, it-toroq u l-infrastruttura (komunikazzjonijiet, provvisti ta' l-ilma u ta' l-elettriku).

 

stormy waves on wall

 

Sabiex jitrażżan it-tibdil fil-klima, il-pajjiżi kollha ta’ l-Ewropa qablu li jnaqqsu l-użu ta’ l-enerġija ħalli jnaqqsu l-ammont ta’ dijossidu tal-karbon li jipproduċu. Se jżidu wkoll l-użu tas-sorsi ta’ l-enerġija li tiġġedded.

 

Biex issib aktar dwar ilit-tibdil fil-klima u dwar kif tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbon, żur il-links, ir-ritratti u l-vidjows, u l-paġni dwar it-trasport.


 

 

 

 

kartolini

Agħżel diżinn et envoie-le un ami.

żona logħob

Ara x’taf bil-logħob onlajn minn madwar id-dinja

ritratti

Ara l-wirja tagħna ta' ritratti BLA ĦLAS dwar l-enerġija.

il-paġni tiegħek

Għid lid-dinja l-istejjer tiegħek dwar l-enerġija malajr u faċilment bil-formola onlajn tagħna.