ħowmpejġ l-istorja ta’ l-enerġija il-bidla fil-klima vidjows statistika links naħdmu bl-enerġija! Flash books

Trasport sostenibbli

Ingħaqad magħna fir-rivoluzzjoni tat-trasport!

 

Fis-seklu li għadda, il-magna b'kombustjoni interna biddlet id-dinja. Għamiltha possibbli li n-nies jivvjaġġaw aktar malajr u aktar ‘il bogħod minn qatt qabel, bil-karozza, bil-vapur u bit-ferrovija.


Iżda l-libertà l-ġdida li ġab is-Seklu 20 kellha prezz. Hekk kif aktar u aktar nies bdew jivvjaġġjaw aktar u aktar mili, il-kubrit, iċ-ċomb u għadd ta’ tossini oħra bdew jinħelsu fl-atmosfera. Dan ivvelena l-ambjent - u ġab ħsara lill-pjnati, l-annimali u n-nies.


 

 

Madankollu, l-akbar problema hija d-dijossidu tal-karbon, gass li jinħoloq meta l-fjuwils jinħarqu. Kull sena, miljuni ta’ tunnellati ta’ dan il-gass jinħelsu għal ġo l-atmosfera,. Id-dijossidu tal-karbon jifforma saff li jirrifletti dawl ix-xemx lura lejn id-dinja, u b’hekk jinħoloq it-tibdil fil-klima.

Ix-xjenzati ma jaqblux bejniethom fit-tbassir tar-rata tat-tisħin globali u dwar kemm ħsara jista’ jagħmel. Madankollu, m’hemm l-ebda dubju li l-bidla fil-klima diġà qed taffetwa ‘l kulħadd fl-Ewropa. Toħloq temp aktar estrem - maltempati, għargħar, nixfa - u problemi ambjentali oħra.

 

Dawn il-problemi jolqtu l-uċuħ tar-raba, l-annimali u l-provvisti ta’ l-ilma – l-affarijiet fundamentali li niddependu minnhom għas-sopravivenza tagħna. Sabiex inrażżnu t-tibdil fil-klima, jeħtiġilna nibdlu issa stess id-drawwiet tagħna ta’ kif immorru minn post għall-ieħor.


Ċaqlaq!

 

 

 

L-aħjar u l-eħfef alternattiva għall-karozza huma saqajk it-tnejn! Imxiha sa l-iskola. Ħu r-rota biex tmur sal-ħanut. Tagħmel aktar eżerċizzju u tirqaq. Tiffranka l-flus u ma tniġġisx.

 

Kemm jekk għaddej fuq il-bankina, jew qed taqdef fuq il-pedali, kull darba li tħalli l-karozza d-dar qed tgħin biex it-tisħin globali ma jkomplix tikber.

 

Aqbad it-trejn!

 

M’għandniex xi ngħidu, ma tistax timxi kullimkien, X’tagħmel għal vjaġġi itwal? Tant hu faċli tidħol fil-karozza, li kemm-il darba ninsew ‘il tal-linja u t-trejn. B'dawn sikwit jaqbillek aktar, speċjalment jekk trid iddur f'belt kbira, fejn it-toroq ikunu traffikużi u l-parking għali.


 

 

 

It-trejns u x-xarabanks huma itqal mill-karozzi u għandhom magni akbar. Għalhekk jużaw aktar fjuwil. Madankollu, iġorru bil-wisq aktar passiġġeri, u għalhekk l-ammont ta’ dijossidu tal-karbojn prodott għall kull persuna kull kilometru huwa ħafna inqas.

 

Aqsam il-karozza ma’ sieħbek

 

Hemm drabi fejn l-unika għażla tkun il-karozza. Iżda xorta hemm modi kif tivvjaġġa bis-sens.

 

Kemm-il darba soqt it-triq kollha sad-dar wara l-karozza tal-ġar tiegħek? Jew inkella ltqajt ma’ xi ħadd li taf fil-parking?

 

Id-darba li jmiss li tkun sejjer tara logħba futbol jew film, jew xi avveniment l-iskola, ara daqsxejn jekk sħabek għandhomx bżonn lift. Tieħu aktar gost tivvjaġġa ma’ sħabek milli waħdekl – u l-familji tagħkom jistgħu jiffrankaw il-flus.

 

Sib modi aħjar kif tista’ tivvjaġġa fil-belt jew raħal tiegħek

 

Hemm bosta skemi madwar l-Ewropa li jgħinu jġibu 'l quddiem it-trasport pubbliku. Ikkuntattja l-kunsill lokali jew l-aġenzija ta’ l-enerġija sabiex issir taf aktar.

 

Jekk għadek m'għalaqtx it-tmintax, spiss issib li tista' tikkwalifika għal nollijiet irħas.

 

Fjuwils aktar indaf għal futur aħjar

 

Sallum, id-dinja użat nofs il-provvista tagħha ta’ fjuwils fossili. Madankollu, qed jiġu żviluppati fjuwils ġodda. Dawn se jgħinu biex ir-riżorsi taż-żejt tagħna jdumu aktar u biex niżguraw li fil-ġejjieni jkollna l-provvisti ta’ l-enerġija għat-trasport.

 

Sadattant, il-manifatturi qed jipproduċu karozzi innovattivi ġodda li joffru effiċjenza akbar u sewqan aktar nadif.

 

 

Fuq tista’ tara ritratt ta’ Toyota Prius li ġiet ivvutata l-Karozza Ewropea tas-Sena fl-2005. Għandha sistema ibrida, b’mutur li jaħdem bl-elettriku u magna li taħdem bil-petrol u b’hekk tipprovdi effiċjenza eċċellenti fl-użu tal-fjuwil.

 

 

 

Il-mutur elettriku jaqbad meta l-karozza tkun miexja fit-traffiku tal-belt, u b’hekk inaqqas it-tniġġis, u jgħin fir-rendiment tal-magna tal-petrol biss meta jkun meħtieġ.

 

Fil-ġejjieni, serje ta’ karozzi ġodda eċitanti se jaħdmu bi fjuwils aktar nodfa. Taħt tista’ tara ritratt tal-Fine S, il-karozza-kunċett tat-Toyota; karozza b’veloċità għolja li taħdem bl-idroġenu.

 

 

 

Il-bijofuwils- il-bijodiżil u l-bijoetanol- qed jintużaw dejjem aktar fl-Ewropa. Dawn jistgħu jiġu prodotti mill-pjanti u jintużaw f’magni standard.

 

Xi karozzi jaħdmu għal kollox bl-elettriku issa saru disponibbli. Għandhom awtonomija limitata, iżda huma soluzzjoni tajba għall-ibliet minħabba li ma jipproduċux emissjonijiet*. Iċ-ċelloli ta’ l-idroġenu u tal-fjuwil huma fjuwil ieħor potenzjali għat-trasport. Għal darb’ oħra, ħafna aktar tagħrif dwar dan jista’ jinstab fuq il-paġna tal-links.

 

*L-enerġija hija meħtieġa biex tipproduċi l-elettriku u l-idroġenu. Bħalissa din x’aktarx tiġi minn sors tal-fjuwil fossili. Madankollu, ir-riżorsi li jiġġeddu jistgħu jintużaw ukoll biex jipproduċu l-idroġenu u l-elettriku. It-teknoloġija se tgħin biex dawn isiru l-fjuwils tal-futur.

 

kartolini

Agħżel diżinn et envoie-le un ami.

żona logħob

Ara x’taf bil-logħob onlajn minn madwar id-dinja

ritratti

Ara l-wirja tagħna ta' ritratti BLA ĦLAS dwar l-enerġija.

il-paġni tiegħek

Għid lid-dinja l-istejjer tiegħek dwar l-enerġija malajr u faċilment bil-formola onlajn tagħna.