girl on bike

ħowmpejġ l-istorja ta’ l-enerġija il-bidla fil-klima vidjows statistika links naħdmu bl-enerġija! Flash books

L-enerġija fil-prattika!

Liema minn dawn l-istudenti se jgħin biex iħares għall-ġejjieni il-provvista ta’ l-enerġija tal-pjaneta ?

 

group of teenagers

 

Forsi dak fuq ix-xellug għad isir inġinier famuż u jivvinta l-aktar magna effiċjenti tad-dinja.

 

Forsi t-tfajla li qiegħda fuq in-naħa ta’ wara ssir kantanta, u toħroġ diska dwar l-ambjent Ii tiftaħ il-qlub u tibdel il-fehmiet ta’ miljuni ta’ nies.

 

Jew forsi t-tfajla ta’ quddiem issir mexxejja politika setgħana u tagħmel mezz li pajjiżha jsir l-aktar pajjiż Ewropew enerġetikament effiċjenti.

 

Dawn kollha jistgħu jseħħu. Madankollu, il-verità hi li ħadd ma jista’ jsolvi waħdu l-problemi ta' l-enerġija tad-dinja.

 

Tagħmel x’tagħmel la titlaq mill-iskola, se jkollok sehem ewlieni fil-konservazzjoni ta’ l-enerġija tal-pjaneta!

 

Il-karozza li tixtri, id-dar li tgħix fiha, il-mod ta’ kif tgħix, l-għażliet li tagħmel, kollha se jkollhom rwol kbir fid-destin tal-pjaneta.

 

Ftakar, din mhix lezzjoni bħall-oħrajn…din lezzjoni għall-ħajja! Il-klima qed tinbidel. Madankollu, għandna lkoll is-setgħa li nżommu l-kriżi tal-klima milli ssir diżastru għalik u għal uliedek. L-għażla f’idejk. Id-dinja tiddependi minnek!

 

Biex issib aktar dwar kif tista’ tassew tagħmel differenza issa u fil-ġejjieni, żur il-paġni dwar l-iffrankar ta’ l-eneriġija, is-sorsi ta’ l-enerġija li tiġġedded, it-trasport u t-tibdil fil-klima Imbagħad xerred il-messaġġ permezz ta’ kartolina elettronika!

kartolini

Agħżel diżinn et envoie-le un ami.

żona logħob

Ara x’taf bil-logħob onlajn minn madwar id-dinja

ritratti

Ara l-wirja tagħna ta' ritratti BLA ĦLAS dwar l-enerġija.

il-paġni tiegħek

Għid lid-dinja l-istejjer tiegħek dwar l-enerġija malajr u faċilment bil-formola onlajn tagħna.